Amorini

Familja

Psittacidae

Isem Xjentifiku

Melopsittacus undulatus

Grupp Bażiku tal-Annimali

Għasafar

Dieta

Erbivori

Tul

~ 18-20cm

Piż

~ 30-40g

Medda tal-Ġwienaħ

~ 25-30cm

Perjodu t'Inkubazzjoni

~ 7-10 ġurnata

Teqieda (Bejta)

~ 1-2 bejtiet/sena (~ 6-8 bajdiet/bejta)

Oriġini

Awstralja

Għomor

~7-10 snin

Karatteristiċi

Fatti Divertenti

  1. Għasafar soċjevoli u għandhom abiltà li jimitaw il-kliem, b’amorin maskili bl-isem ta’ Puck imniżżel fil-Guinness World Records b’kapaċità li jlissen madwar 1728 kelma unika.
  2. Tliet tebqiet tal-għajn biex jipproteġuhom milli jidħlilhom trab u ħmieġ f’għajnejhom.
  3. Il-qalb ta’ dawn l-għasafar tħabbat ‘il fuq minn 350 u 500 darba/minuta li hija mgħaġġla ħafna meta kumparata ma’ dik tal-bniedem (60 -100 darba/min).
  4. Għandhom bejn 2000 u 3000 rixa u joħorfu (ibiddluhom) gradwalment ta’ kull sena.
  5. L-amorini għandhom ir-rata ta’ metaboliżmu għolja u huwa għalhekk li jmexxu l-ħmieġ tagħhom kull 20 minuta.