Common Hill Myna
Familja
Sturnidae
Isem Xjentifiku
Gracula religiosa
Grupp Bażiku tal-Annimali
Għasafar
Dieta
Omnivori
Tul
~ 27 - 30cm
Piż
~ 160 - 230g
Medda tal-Ġwienaħ
~ 45cm
Perjodu t'Inkubazzjoni
~ 17 - 18-il ġurnata
Teqieda (Bejta)
~ 2-3 bejtiet/sena
(~ 2-3 bajdiet/bejta)
(~ 2-3 bajdiet/bejta)
Oriġini
Asja
Għomor
~ 20-25 sena
Karatteristiċi
Fatti Divertenti
- L-irġiel flimkien man-nisa jibqgħu jieħdu ħsieb il-flieles tagħhom sakemm ikunu lesti biex jitilqu mill-bejta.
- Għandhom il-kapaċità li jimitaw il-kliem bħall-pappagalli.
- Dawn l-għasafar huma monogami jiġifieri normalment jibqgħu mal-istess sieħeb/sieħba matul ħajjithom.
- Huwa diffiċli li b’mod viżibbli tidentifika n-nisa mill-irġiel għax jixxiebhu ħafna però l-irġiel huma kemxejn ikbar fid-daqs. L-ideali huwa li jsir DNA test permezz ta’ kampjun tar-rix jew il-qxur tal-bajd.
- L-isem xjentifiku tagħha Gracula religiosa jista’ jalludi għall-prattika li jgħallmu lil dawn l-għasafar biex jirrepetu t-talb.