Fenek tal-Indi

Familja

Caviidae

Isem Xjentifiku

Cavia porcellus

Grupp Bażiku tal-Annimali

Mammiferi

Dieta

Erbivori

Tul

~ 20 – 40cm

Piż

~ 500 – 1,500g

Perjodu Ta' Tqala

~ 59 – 72 ġurnata

Għalla

~ 1-6 frieħ

Għomor

5 – 7 snin

Oriġini

Amerika t’Isfel

Karatteristiċi

Fatti Divertenti

  1. Skont il-Guinness Book of World Records, l-ixjeħ fenek tal-indi mrobbi f’gaġġa bl-isem ta’ ‘Snow Ball’ miet fl-14 ta’ Frar fl-1979 fl-età ta’ erbatax-il sena u għaxar xhur u nofs.
  2. Għall-kuntrarju ta’ annimali gerriema oħra, dawn jitwieldu bil-pil, għajnejn u widnejn miftuħa, kif ukoll ikunu jistgħu jiċċaqalqu u jieklu ikel solidu mill-ewwel ġurnata li jitwieldu.
  3. Aktarx li bdew jiġu domestikati minn 5000 Q.K. minn tribujiet fl-Amerika t’Isfel.
  4. Huwa normali u naturali li l-fniek tal-indi jieklu parti mill-ippurgar tagħhom stess biex b’hekk jassorbu l-vitamini essenzjali mill-ikel li ma jkunux assorbiti minn ġisimhom l-ewwel darba li kiluh (koprofaġi).
  5. Huma ma jorqdux għal sigħat twal imma jieħdu pawża qasira minn ħin għal ħin.