Kanali /Kanarini
Familja
Fringillidae
Isem Xjentifiku
Serinus canaria
Grupp Bażiku tal-Annimali
Għasafar
Dieta
Erbivori
Tul
~10-12cm
Piż
~15g
Medda tal-Ġwienaħ
~21-24cm
Perjodu t'Inkubazzjoni
~13-14 ġurnata
Teqieda (Bejta)
~2-3 bejtiet/sena
(~3-4 bajdiet/bejta)
(~3-4 bajdiet/bejta)
Oriġini
Gżejjer Canary
Għomor
~10-20 sena
Karatteristiċi
Fatti Divertenti
- Għasfur tal-għana, bin-nisa jgħannu anqas frekwenti u fit-tul mill-irġiel.
- Huma joħorfu (ibiddlu r-rix) fix-xhur tas-sajf u għalhekk inaqqsu l-għana tagħhom biex jikkonservaw l-enerġija għal dan il-proċess.
- Skont il-Guinness World Records l-ixjaħ kanarin reġistrat kellu l-età ta’ 34 sena (1941-1975).
- Għalkemm jaħarqu, il-kanali jħobbu jieklu l-jalapeno peppers (bżar jaħraq) li huma tajba għal saħħithom għax fihom il-vitamina A u Ċ.
- Fil-lingwa Ingliża tintuża l-frażi ‘the canary in the coal mine’ (il-kanarin fil-mina tal-faħam) meta qed jirreferu għal twissija t’emerġenza. Dan minħabba l-fatt li fl-antik il-ħaddiema li jaħdmu fil-mini kienu jagħrfu li jkun hemm ħruġ ta’ gassijiet tossiċi jekk il-kanarini juru li huma anzjużi jew morda u b’hekk ikunu jistgħu jevakwaw