Tiġieġa Sewda Maltija
Familja
Phasianidae
Isem Xjentifiku
Gallus domesticus
Grupp Bażiku tal-Annimali
Għasafar
Dieta
Omnivori
Tul
50 to 60cm
Piż
~ 2 - 3.2kgs
Medda tal-Ġwienaħ
~ 70 - 90cm
Perjodu t'Inkubazzjoni
~ 21 ġurnata
Teqieda (Bejta)
~ 1 bejta/sena
> (~ sa 200 bejta)
> (~ sa 200 bejta)
Oriġini
Malta
Għomor
5 - 10 snin
Karatteristiċi
Fatti Divertenti
- It-tiġieġa sewda Maltija hija nervuża, b’saħħitha u hija razza ideali biex jiġu mrobbija fil-beraħ jew b’sistema organika.
- Din ir-razza tmur lura għall-1933 bil-ħidma tal-Gvern Malti taħt it-tmexxija ta’ Cesareo ġewwa l-Farm Sperimentali tal-Gvern fl-Għammieri. L-iskop prinċipali kien li tonħoloq razza ta’ tiġieġ li tkun tajba biex tissuplixxi l-ikel imma aktar minn hekk li tkun reżistenti għall-mard lokali.
- Din ir-razza nbdiet minn madwar għoxrin tiġieġa sewda li kienu ġejjin minn sorsi varji madwar il-Gżejjer Maltin. Il-kulur iswed kien magħżul minħabba d-dominanza ġenetika fit-tiġieġ u hekk faċilment jiġu eliminati traċċi ta’ kuluri ta’ rix ieħor. Numru ta’ ġenerazzjonijiet ġew akkwistati minn dan in-nukleu ta’ tiġieġ li kien aktar tard introdott fir-razza ta’ Minorca Fowl biex jittejjeb il-kulur tar-rix u d-daqs tal-bajd.
- It-tiġieġa sewda Maltija teżisti biss fil-Gżejjer Maltin u preżentament tinsab f’riskju li tinqered minħabba kompetizzjoni ta’ razez ta’ tiġieġ li jipproduċu aktar b’mod konvenzjonali.
- L-istandard ta’ tiġieġa sewda Maltija kien ippubblikat fuq International Scientific Journal u għall-ewwel darba fuq il-World’s Poultry Science Journal, Vol. 70 f’Ġunju 2014 hekk kif ippubblikat minn G. Attard u P. Aquilina et al.