Żebri
Familja
Estrildidae
Isem Xjentifiku
Taeniopygia guttata
Grupp Bażiku tal-Annimali
Għasafar
Dieta
Erbivori
Tul
~10-11cm
Piż
~15-30g
Medda tal-Ġwienaħ
~33cm
Perjodu t'Inkubazzjoni
~12-16 ġurnata
Teqieda (Bejta)
~2-3 bejtiet/sena
~4-6 bajdiet/bejta
~4-6 bajdiet/bejta
Oriġini
Australia
Għomor
~5-10 snin
Karatteristiċi
Fatti Divertenti
- L-irġiel jibdew jgħannu madwar 35 ġurnata mit-twelid imma n-nisa qatt ma jagħmlu dan.
- Normalment jibqgħu jitgħammru mal-istess sieħeb sena wara sena (monogami).
- Fi ftit anqas minn erba’ sekondi kapaċi jixorbu 1.5ml ta’ ilma. Jixorbu daqshekk malajr minħabba l-metodu li jużaw, billi jibilgħu l-ilma waqt li l-munqar tagħhom ikun għadu fl-ilma.
- Huma wieħed mill-aktar speċi t’għasafar li jimmaturaw kmieni. Fil-fatt ta’ 70-80 ġurnata huma jkunu lesti biex ikollhom il-flieles.
- Jissejħu żebri minħabba l-istrixxi bojod u suwed li għandhom fuq sidirhom u anke ġieli fuq denbhom bħaż-żebri l-mammiferi.