Kanali /Kanarini

Familja

Fringillidae

Isem Xjentifiku

Serinus canaria

Grupp Bażiku tal-Annimali

Għasafar

Dieta

Erbivori

Tul

~10-12cm

Piż

~15g

Medda tal-Ġwienaħ

~21-24cm

Perjodu t'Inkubazzjoni

~13-14 ġurnata

Teqieda (Bejta)

~2-3 bejtiet/sena
(~3-4 bajdiet/bejta)

Oriġini

Gżejjer Canary

Għomor

~10-20 sena

Karatteristiċi

Fatti Divertenti

  1. Għasfur tal-għana, bin-nisa jgħannu anqas frekwenti u fit-tul mill-irġiel.
  2. Huma joħorfu (ibiddlu r-rix) fix-xhur tas-sajf u għalhekk inaqqsu l-għana tagħhom biex jikkonservaw l-enerġija għal dan il-proċess.
  3. Skont il-Guinness World Records l-ixjaħ kanarin reġistrat kellu l-età ta’ 34 sena (1941-1975).
  4. Għalkemm jaħarqu, il-kanali jħobbu jieklu l-jalapeno peppers (bżar jaħraq) li huma tajba għal saħħithom għax fihom il-vitamina A u Ċ.
  5. Fil-lingwa Ingliża tintuża l-frażi ‘the canary in the coal mine’ (il-kanarin fil-mina tal-faħam) meta qed jirreferu għal twissija t’emerġenza. Dan minħabba l-fatt li fl-antik  il-ħaddiema li jaħdmu fil-mini kienu jagħrfu li jkun hemm ħruġ ta’ gassijiet tossiċi jekk il-kanarini juru li huma anzjużi jew morda u b’hekk ikunu jistgħu jevakwaw